F’logħba mistennija s-sibt filgħaxija mill-Kampjonat tal-Waterpolo, San Ġiljan JP Projects kisbu rebħa importanti kontra Sliema Frank Salt bl-iskor ta’ 13-12. Kif jixhed ir-riżultat kienet logħba bilanċjata u kumbattuta li ġiet deċiża b’goal ta’ Ben Plumpton 38 sekonda mit-timiem.
Il-ġiljaniżi rebħu l-ewwel sessjoni 3-2 filwaqt li t-tienei sessjoni spiċċat f’parita’ ta’ 3-3.
It-taqtiegħa bejn iż-żewġ timijiet kompliet fit-tielet sessjoni, b’San Ġiljan jirbħu 5-4.
Emozzjonanti l-aħħar sessjoni, bir-riżultat seta’ mar kull naħa, iżda kellu jkun Ben Plumpton li jagħlaq il-logħba b’gola fl-aħħar 38 sekonda.
L-aħjar skorers tal-logħba kienu Maro Jokovic (San Ġiljan ) u Zach Mizzi (Sliema) b’erba’ goals personali.
F’żewġ logħbiet oħra s-sibt filgħaxija Valletta Izibet għelbu lil Marsaskala ESC 17-9 filwaqt li Birżebbuġa Freeport rebħu lil Exiles Wellbee’s 15-10.