Il-klabb tal-waterpolo ta’ San Ġiljan ħatru lill-kroat Zeljiko Kovacic bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom. Kovacic mhux wiċċ ġdid għall-klabb ġiljaniż hekk kif kien lagħab magħhom fl-2014.
Huwa se jieħu post Dorian Pisani li temm l-esperjenza tiegħu mal-klabb minħabba raġunijiet personali.
Kovacic se jieħu f’idejh it-tmexxija tat-team din il-ġimgħa fir-ritorn tiegħu mill-Italja fejn kien impenjat mal-klabb rinomat taljan tas-Serie A2 Muri Antichi. Hemmhekk kien responsabbli mit-taħriġ tal-plejers żagħżagħ.
Il-ħatra ta’ Kovacic bħala kowċ se ġġib magħha ħafna esperjenza li minnha se jibbenefikaw il-plejers tal-klabb ġiljaniż, kemm dawk tat-team tal-kbar kif ukoll il-plejers żagħżagħ.