San Ġiljan JP Projects huma ċ-champions tal-Kampjonat Premier tal-Waterpolo meta fit-tieni play-off tal-finali fil-pixxina nazzjonali Tal-Qroqq għelbu lil Sliema bl-iskor ta’ 16-12. Għall-ġiljaniżi din kienet it-tnax-il darba fl-istorja tagħhom li rebħu l-kampjonat. Is-suċċess wasal wara li fl-ewwel play-off San Ġiljan kienu għelbu lil Sliema 7-6.
Għat t-team, immexxi minn Beto Fernandez, dan kien it-tmiem ta’ staġun memorabbli hekk kif ftit tal-ġimgħat ilu rebġu wkoll il-kompetizzjoni Knock Out.
L-ewwel parti tal-logħba kienet waħda kumbattuta. San Ġiljan rebħu l-ewwel sessjoni 3-2. Huma rebħu wkoll it-tieni sessjoni, din id-darba 5-4.
Wara l-intervall San Ġiljan żiedu r-ritmu tant li rebħu t-tielet sessjoni bi skor ta’ 5-1. Sliema ippruvaw isalvaw is-sitwazzjoni fl-aġġar sessjoni, sessjoni li rebħu 5-3, li pero ma kienx biżżejjed biex isalvaw il-logħba.
Għal San Ġiljan l-aħjar skorer kien Ben Plumpton li spiċċa l-aqwa skorer b’sitt goals.
Logħba li kienet ikkontrollata mir-referees Alex DeRaffaele & Filippo Gomez
Il-preżentazzjoni tat-tazza saret mill-Onor Clifton Grima, Ministru għall-Edukazzjoni & Sport flimkien mal-Kap tat-Teknoloġija tal-BOV Joe Agius u l-President tal-ASA Joe Caruana Curran