It-team nazzjonali malti tal-waterpolo U16 kompla bir-riżultati pożittivi waqt il-logħob ta’ klassifikazzjoni tal-Kampjonat tad-Dinja. Dan hekk kif is-sibt filgħaxija, fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq, Malta għelbet lill-Afrika t’Isfel bl-iskor ta’ 16-9.
Bilanċ fl-ewwel sessjoni li ntemmet bi skor ta’ 4-4. Il-maltin żiedu r-ritmu fit-tieni taqsima hekk kif rebħu 4-1. It-tielet sessjoni spiċċat fi draw ta’ 3-3 filwaqt li fl-aħħar sessjoni il-maltin iddominaw u rebħu 5-1.
Il-goals tal-maltin waslu minn: Sam Engerer (5 goals), Sean Mifsud (4 goals), Shailon Cutajar Casha (3 goals), Max Lanzon u Jamie Borġ Tabone (b’2 goals kull wieħed).
B’hekk Malta issa tinsab ċerta minn post mal-aqwa 20 team fid-dinja u l-avversji li jmiss għalina issa se jkunu it-Turkija.
(Photo Credit: Timmy Cutugno)