It-team nazzjonali malti tal-Waterpolo U16 kompla bis-sensiela ta’ riżultati pożittivi hekk kif il-Ħadd filgħaxija rebaħ logħba oħra mill-fażi ta’ klassifikazzjoni tal-Kampjonat tad-Dinja li qed isir f’pajjiżna.
Fil-Pixxina tal-Kottonera, it-team malti immexxi mill-kowċ Jonathan Valletta, għeleb lit-Turkija bl-iskor ta’ 8-4.
Malte rebħet l-ewwel tliet sessjonijiet bi skors ta’ 2-1, 3-1 u 2-0. L-aħħar sessjoni intrebħet mit-Turkija bi skor ta’ 2-1.
L-iskorers tat-team malti kienu: Sam Engerer, Shailon Cutajar Casha u Max Lanzon b’żewġ goals kull wieħed, filwaqt li Jack Pawley Neame u Philip Tabone skurjaw goal kull wieħed.
Wara din ir-rebħa it-team malti issa jtemm l-impenji tiegħu it-Tnejn bil-logħba għall-klassifikazzjoni għas-17 jew it-18-il post kontra l-Iżrael fil-16:45 fil-Pixxina tal-Kottonera.
(Photo Credit: Timmy Cutugno)