Malta 10-7 Georgia
(2-2) (2-2) (2-2) (4-1)
It-team nazzjonali malti tal-Waterpolo kiseb rebħa importanti mil-logħob ta’ klassifikazzjoni meta dalgħodu għeleb lil Georgia bl-iskor ta’ 10-7 waqt il-Kampjonat Ewropew U19 li qed isir il-Montenegro.
Dik tal-lum kienet logħoba ta’ klassifikazzjoni għall-post bejn id-9 u t-12 –il pozizzjoni. Din ir-rebħa tfisser li l-maltin, immexxija mill-kowċ Anthony Farrugia, se jispiċċaw mal-aqwa ghaxar timiiet fl-Ewropa. Filfatt nhar is-sibt li ġej il-plejers maltin se jilgħabu l-finali ghad-9 u l-10 post kontra l-Olanda.
Bilanċ assolut kwazi tul il-logħba kollha bl-ewwel tliet sessjonijiet intemmu fi draw ta’ 2-2.
Biss il-Maltin ħarġu aktar aggressivi fl-aħħar sessjoni u dik deċiziva, sessjoni li l-maltin rebħu 4-1.
Fl-aħħar sessjoni l-goals waslu minn Matthew Mifsud, Jake Cachia u Gianni Farrugia.
Logħba li fiha spikka wkoll il-goalkeeper malti Matthew Bonello Du Puis li wettaq bosta saves.
Ta’ sodisfazzjon ukoll il-fatt li Gianni Farrugia li ġie magħżul bħala l-plejer tal-logħba.
L-aħjar skorer għal Malta kien Gianni Farrugia bi tliet goals. Il-goals l-oħra waslu minn dopjetta ta’ Alec Fenech u Matthew Mifsud. Skorjaw goal kull wieħed Mark Castillo, Jake Bonavia u Jake Cachia.