REPUBBLIKA ĊEKA….. 9
MALTA…………………… 13
(2-3) (1-3) (1-3) (5-4)
Fit-tieni logħba tiegħu minn Grupp A tal-Kampjonat Ewropew LEN tal-Waterpolo U19, it-team nazzjonali malti kiseb rebħa fuq ir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 13-9.
B’hekk it-team malti kiseb l-ewwel tliet punti tiegħu wara li l-bieraħ tilef kontra Spanja. Ir-rebħa tal-lum tqarreb lill-maltin lejn klassifikazzjoni tajba f’dan il-Kampjonat Ewropew li qed isir il-Montenegro.
Il-Maltin bdew tajjeb u rebħu l-ewwel sessjoni 3-2. L-andament għat-team malti baqa’ wieħed pożittiv anke fit-tieni u fit-tielet sessjoni, sessjonijiet li l-maltin rebhu bl-iskor ta’ 3-1.
Iċ-Ċeki ippruvaw isalvaw il-logħba fl-aħħar sessjoni, sessjoni li huma rebħu 5-4 li pero ma kienx biżżejjed għalihom.
L-aħjar skorers għal Malta kienu Jake Bonanvia u Jake Cachia li skorjaw tliet goals kull wieħed.
Sam Gialanze, Gianni Farrugia u Jayden Cutajar skorjaw żewġ goals, filwaqt li l-goal l-ieħor wasal minn Alec Fenech.
L-aħħar logħba għal Malta fi Grupp A tkun għada kontra l-Olanda fl-16.20. Konfront li se jiddeċiedi minn se jispiċċa fit-tieni post fil-grupp.