Marsaskala Fish & Fish rebħu l-kompetizzjoni Knock Out tal-ewwel diviżjoni meta fil-finali l-erbgħa filgħaxija għelbu l-isfida ta’ Valletta izibet bl-iskor ta’ 9-7. Għall-iskalin dan kien it-tieni unur mirbuħ dan l-istaġun.
Marsaskala immexxija minn Arpad Babay bdew tajjeb hekk kif rebħu l-ewwel sessjoni 4-1.
It-tieni sessjoni kienet waħda bilanċjata li spiċċat fi draw ta’ 2-2.
Bilanċjata wkoll it-tielet sessjoni, li wkoll intemmet 2-2.
Marsaskala għarfu jikontrollaw il-vantaġġ fl-aħħar sessjoni, sessjoni li rebħu 2-1.
Fi tmiem il-finali, il-captain ta’ Marsaskala Jean Claude Cutajar ġie ippreżentat bit-trofew minn Joe Agius, Chief Technology Officer tal-Bank of Valletta flimkien ma’ Carlo Mifsud, Viċi President tal-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta.
Referees: Francesco Romolini & Ronnie Spiteri