It-team nazzjonali malti tal-Waterpolo temm l-impenji fl-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja b’telfa kontra r-Rumanija bi skor ta’ 13-6.
Ir-rumeni rebħu l-ewwel sessjoni 3-1, bl-uniku goal tal-maltin jasal minn Benji Cachia.
Il-maltin tjiebu u taw sfida akbar fit-tieni sessjoni, bl-avversarji jirbħu bi skor aktar ristrett, dak ta’ 2-1. Liam Galea skorja l-goal għat-team malti.
Ir-tielet sessjoni rat lir-Rumanija jerġgħu iżidu r-ritmu jirbħu bi skor ta’ 4-2. Iż-żewġ goals tal-maltin waslu minn Sam Gialanze u Jeremy Abela.
L-istorja ma nbidlietx fl-aħħar sessjoni hekk kif ir-rumeni rebħu wkoll din is-sessjoni, din id-darba bi skor ta’ 4-2. Jeremy Abela skorja l-uniku goal malti f’din is-sessjoni.