It-team nazzjonali malti tal-waterpolo U19 tilef it-tielet logħba tiegħu minn Grupp Ċ fil-Kampjonat tal-Ewropa li qed isir il-Bulgarija. It-Tlieta filgħodu t-team malti safa’ megħlub minn Franza bl-iskor ta’ 15-11.
Determinanti kienet l-ewel sessjoni hekk kf il-maltin bdew ħażin ħafna tant li tilfu 6-1. Biss il-plejers tagħna irreġixxew fis-sessjonijiet l-oħra. Malta rebħet it-tieni sessjoni 3-2, tilfu t-tielet sessjoni 4-2 filwaqt li rebħu l-aħħar sessjoni 5-3.
Il-goals tal-maltin waslu minn Alex Fenech, Luigi Dimech u Luigi Mallia (3 goals) u Jake Cachia u Elijah Schembri (2 goals).
It-team malti issa jerġa jkun fl-azzjoni għada fid-09:00 kontra avversarju li għad irid ikun ikkonfermat.