It-team nazzjonali malti tal-Waterpolo temm l-impenji tiegħu fis-semifinali għall-Kampjonat tad-Dinja b’telfa kontra l-Iran fil-logħba ta’ klassifikazzjoni għall-ħames u s-sitt post. It-team malti tilef bl-iskor ta’ 15-9.
Il-maltin żammew il-pass fl-ewwel żewġ sessjonijiet. L-ewwel sessjoni spiċċat fi draw ta’ 2-2 filwaqt li t-tieni sessjoni intrebħet mill-Iran 4-3. Fit-tielet sessjoni l-iranjani rebħu 3-0 filwaqt li l-aħħar sessjoni intrebħet ukoll mill-avversarji din id-darba 6-4.
Il-goals tal-maltin waslu minn Liam Gales li skorja erba’ goals, hat trick ta’ Nikolai Żammit u goal kull wieħed minn Jeremy Abela u Alec Fenech.