It-team nazzjonali malti tal-waterpolo temm l-impenji tiegħu fil-Kampjonat tal-Ewropa fl-14-il post hekk kif fl-aħħar logħba tiegħu tilef kontra l-Ġermanja bl-iskor ta’ 14-11. Din il-logħba kienet waħda finali għal min bejn iz-zewġ timijiet kien se jispiċċa l-kampjonat fit-13-il post.
Kienet logħba kumbattuta, biz-zewġ timijiet telgħu ras imbras kwazi tul il-konfront kollu. Kien fl-aħħar sessjoni li ġermanizi ziedu r-ritmu biex dawru r-rizultat favur tagħhom.
Minkejja kollox il-maltin immexxija minn Karl Izzo, xorta irnexxielhom jiktbu l-istorja hekk kif kisbu l-aħjar pozizzjoni minn kemm ilhom jieħdu sehem f’dan il-kampjonat ta’ livell għoli
Il-logħba dehret mill-bidu li se tkun waħda kumbattuta hekk kif l-ewwel sessjoni spiċċat fi draw ta’ 3-3. Il-Ġermanja rebħet it-tieni sessjoni 3-1 filwaqt li l-maltin irreġixxew fit-tielet sessjoni meta rebħu 5-3. Kienet l-aħħar sessjoni li iddeterminat ir-rizultat finali, sessjoni li ntrebħet mill-Ġermanja 5-2.
Rizultat eċċellenti meta wieħed jiftakar li t-team malti mar għal dawn il-kampjonati fi Split il-Kroazja b’bosta plejers regolari nieqsa: Jake Muscat, Steve Camilleri, Jordan Camilleri u Jerome Gabaretta.
Rizultat li jkompli fuq rizultati oħra pozittivi li ksibna f’dan l-isport, riċentement fil-kampjonat tad-dinja U16.