It-team nazzjonali malti ta-Waterpolo temm l-impenji tiegħu fi Grupp B tas-semifinali għat-Tazza tad-Dinja fit-tielet post hekk kif is-sibt wara nofs-in nhar għeleb lill-Afrika t’Isfel bi skor ta’ 15-8.
Dan ifisser li għada l-Ħadd it-team malti jilgħab il-logħba ta’ klassifikazzjoni kontra t-team li jispiċċa fit-tielet post ta’ Grupp A.
L-ewwel parti tal-logħba kienet waħda kumbattuta bl-Afrika t’Isfel jirbħu l-ewwel sessjoni 4-3. Iżda l-maltin għarfu jirreaġixxu u rebħu t-tieni sessjoni 5-3 u t-tielet waħda bi skor kbira ta’ 5-1. Il-maltin żammew il-kontroll tal-logħba fl-aħħar sessjoni hekk kif rebħuha wkoll din id-darba bi skor ta’ 2-0.
Il-goals tal-maltin waslu minn hat-trick ta’ Liam Galea u Sam Gialanze u dopjetta ta’ Benji Cachia u Nikolai Żammit. Mark Castillo, Nicholas Buġelli, Ben Plumpton, Dino Żammit u Jeremy Abela skurjaw goal kull wieħed.