t-team nazzjonali malti tal-waterpolo tal-irġiel temm l-avventura tiegħu fit-Tazza tad-Dinja Diviżjoni 2 fil-ħames post hekk kif is-sibt wara nofs-in nhar għeleb lit-team tas-Slovakkja fil-finali għall-klassifikazzjoni għal 5/6 post.
Malta ħarġet rebbieħa bl-iskor ta’ 15-14 f’logħba oħra kumbattuta.
Il-maltin bdew bil-kbir meta rebħu l-ewwel sessjoni 3-0. It-tieni sessjoni kienet waħda bilanċjata u li ntemmet fi draw ta’ 7-7.
L-avversarji rebħu t-tielet sessjoni 5-3, bl-aħħar sessjoni tintemm 2-2 li kien biżżejjed sabiex il-plejers maltin żammew il-vantaġġ u kisbu r-rebħa.
Il-plejer malti Jayden Cutajar ġie magħżul bħala l-aħjar plejer tal-logħba.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/12/21180837/470919823_17950593008906227_3130454123487160384_n-1024x1024.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/12/21185418/471171609_1354760322618256_7556423953820545471_n-819x1024.jpg)