Malta rebħet il-kompetizzjoni COMEN Cup 2024 li saret f’pajjiżna fil-ġranet li għaddew. Kompetizzjoni miftuħa għall-plejers ta’ taħt is-sittax –il sena u li kienet organizzata mill-Mediterranean Swimming Confederation.
B’kollox kellhom jieħdu sehem erba’ timijiet: Malta A, Malta B, Monaco u Ċipru. Biss fl-aħħar ħinijiet Ċipru irtiraw mill-kompetizzjoni.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minkejja dan xorta waħda assistejna għal-logħbiet interessanti, b’mod speċjali l-finali bejn Malta A u Monaco li rat lill-maltin joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 12-8.


