It-team nazzjonali malti tal-Waterpolo tal-irġiel rebaħ it-turnament internazzjonali tal-Milied organizzat minn SportMalta fil-Pixxina tal-Kottonera f’Bormla.
Fl-aħħar logħba tiegħu minn dan it-turnament il-Ħadd filgħodu, t-team malti għeleb lis-Slovenja bl-iskor ta’ 13-10.
Il-goals tal-maltin f’din il-logħba waslu minn Steve Camilleri (4 goals) / Liam Galea, Nikolai Zammit, Zach Mizzi (2 goals) / Matthias Azzopardi, Jerome Zerafa Gregory, Jake Bonavia (1 goal).
It-turnament kien mifrux fuq tliet ijiem u t-team malti kien beda l-impenji tiegħu b’telfa b’telfa wara l-għoti tal-penalties kontra l-Portugall bl-iskor ta’ 18-17.
Fit-tieni logħba tagħhom il-maltin għelbu lis-Slovakkja bl-iskor ta’ 19-14.