It-team nazzjonali malti tal-Waterpolo kiseb il-kwalifikazzjoni għat-tieni round tat-Tazza tad-Dinja ta’ Mejju li ġej hekk kif is-Sibt wara nofs-in nhar għeleb lill-Gran Brittanja 9-7 fil-kwalifikazzjoni tal-ewwel round.
L-iskor seta’ saħansitra kien akbar hekk kif it-team malti falla ħames penalties li ġew milqugħa mill-goalkeeper avversarju. L-ewwel round tal-kwalifikazzjoni qed isir ir-Rumanija u dik tal-lum kienet it-tieni rebħa għall-maltin minn tliet logħbiet, wara telfa kontra l-Ġermanja u rebħa kontra l-Ukrajna l-Ġimgħa.
L-ewwel żewġ sessjonijiet spiċċaw fi draw ta’ 2-2, filwaqt li Malta rebħet it-tielet sessjoni 2-0. L-aħħar sessjoni intemmet fi draw ta’ 3-3.
Jake Muscat kien l-aqwa skorer għal Malta b’hat trick. Min-naħa tagħhom skurjaw goal kull wieħed: Alec Fenech, Liam Galea, Sam Gialanze, Benji Cachia, Ben Plumpton u Nikolai Żammit.
L-aħħar logħba tat-team malti mill-ewel round ta’ kwalifikazzjoni tintagħab għada fid-09:00 kontra l-pajjiż li qed jospita dan il-logħob, ir-Rumanija.
Intant it-tieni round ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja se jsir bejn l-1 u s-7 ta’ Mejju f’Berlin.
Il-finali tal-Kampjonat imbgħad isir Los Angeles l-Istati Uniti bejn it-30 ta’ Ġunju u t-2 ta’ Lulju.