It-team nazzjonali malti tal-Waterpolo U17 ikkwalifika għall-Kampjonat Ewropew hekk kif fit-tielet logħba tiegħu mill-Kwalifikazzjoni, fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq is-sibt filgħaxija, għeleb lis-Slovakkja bl-iskor konvinċenti ta’ 12-5.
Għaż-żagħżagħ maltin din kienet it-tieni kwalifikazzjoni għal dan il-Kampjonat Ewropew.
It-team malti kien tul il-logħba kollha fil-kontroll hekk kif rebaħ is-sessjonijiet kollha bi skors ta’ 4-3, 2-1, 3-1 u 3-0.
B’hekk il-maltin kisbu tliet rebħiet minn daqstant logħbiet wara rebħa kbira ta’ 34-3 kontra l-Latvja u 15-3 kontra l-Polonja
L-aħħar logħba għal Malta minn din il-kwalifikazzjoni tkun għada l-Ħadd kontra l-Grann Brittanja fil-11.30.
It-tim malti tal-U17 huwa mmexxi mill-kowċ nazzjonali Milan Cirovic mgħejjun minn Anthony Farrugia.
Photo Credit: Timmy Cutugno / ASA Malta