Rebħa sabiħa għat-team nazzjonali malti tal-waterpolo tal-irġiel ta’ taħt
id-dsatax -il sena fl-ewwel logħba tiegħu fit-turnament ta’ kwalifikazzjoni
għall-Kampjonat Ewropew LEN U19 fil-Polonja.
It-team malti għeleb lis-Slovakkja bl-iskor ta’ 15-7. Il-maltin rebħu s-sessjonijiet
kollha rispettivament: 4-1, 5-4, 3-1 u 3-1.
Il-goals ta’ Malta waslu minn Max Żammit b’ħames goals, Jayden Cutajar bi
tliet goals, Jayden Cassar b’żewġ goals, filwaqt li skurjaw goal kull wieħed
il-plejers Luigi Mallia, Julian Valletta, Jake Cachia, Alec Fenech u Zak
Cutajar Licari.
Malta qed tilgħab fi Grupp C flimkien mas-Slovakkja, il-Bulgarija u
l-Polonja. Pajjiż wieħed mill-grupp se jikkwalifika għall-finali tal-Kampjonat
tal-Ewropa peress li l-Bulgarija se jkunu qed jospitaw dawn il-finali.
Il-logħba li jmiss għal Malta tkun għada fis-6.30pm kontra l-Polonja.
L-aħħar logħba tkun il-Ħadd fid-9.30am kontra l-Bulgarija.
It-team nazzjonali malti huwa taħt it-tmexxija tal-kowċ Niki Lanzon u
l-assitent Michele Stellini. Milan Cirovic ukoll qed jakkumpanja t-team malti
bħala direttur tekniku.
Photo Credit: Timmy Cutugno