It-team nazzjonali malti tal-Waterpolo U19 beda l-impenji tiegħu fil-kampjonati ewropej f’Burgas il-Bulgarija b’telfa ta’ 15-8 kontra l-Olanda. L-olandiżi rebħu s-sessjonijiet kollha: 3-2, 5-4, 3-1 u 4-1.
Il-goals tal-maltin waslu minn Jayden Cutajar u Alec Fenech li skurjaw rispettivament 5 u 3 goals.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Malta qed tilgħab fi Grupp C flimkien mal-Olanda, Franza u t-Turkija.
It-tieni logħba għal Malta tkun għada fil-10.45am kontra t-Turkija.

