Malta bdiet tajjeb l-impenji tagħha fil-Kampjonat tad-Dinja tal-waterpolo U16 tas-subien, fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq, hekk kif rebħet lil Kazakhstan bl-iskor ta’ 16-6.
It-team malti, taħt it-tmexxija tal-kowċ Jonathan Valletta, rebaħ is-sessjonijiet kollha. Beda b’rebħa konvinċenti ta’ 4-0, bis-sessjonijiet l-oħra jintrebħu mill-maltin rispettivament 3-2, 3-2 u 6-2.
Il-goals għat-team malti waslu minn Sam Engerer li skorja sitt goals personali, Max Lanzon b’erba’ goals, tliet goals ta’ Tom Fenech u goal kull wieħed minn Andre’ Aquilina, Sean Mifsud u Philip Tabone.
It-team malti qed jilgħab di Grupp H flimkien mal-Greċja, Kazakhstan u Rumanija.
Malta terġa tkun fl-azzjoni l-erbgħa fis-19:00 fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq kontra r-Rumanija.
32 team minn madwar id-dinja qed jieħdu sehem f’dawn il-kampjonati tad-dinja u li qed isiru fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq u fil-Pixxina tal-Kottonera. Kampjonati li jibqgħu għaddejjin sal-24 ta’ Ġunju.
(Photo Credit: Timmy Cutugno)