Spanja 15-9 Malta
(1-2) (4-3) (4-3) (6-1)
It-team nazzjonali malti tal-Waterpolo ta’ taħt id-dsatax -il sena beda l-impenji tiegħu fi Grupp A tal-Kampjonat Ewropew LEN U19 b’telfa kontra Spanja bl-iskor ta’ 15-9.
Sa tmiem it-tielet sessjoni l-maltin kienu fl-istess livell tal-avversari hekk kif l-ispanjoli kienu qed jirbħu bi skor minimu ta’ 9-8. Kien biss fl-aħħar sessjoni li Spanja ħadu r-riedni f’idejhom u ma tawx ċans lill-plejers tagħna jirkupraw l-iżvantaġġ.
Biss il-wirja tal-plejers tagħna f’din il-logħba għandha timlina bil-kuraġġ għal-logħbiet li jmissna f’dawn il-kampjonati.
Il-maltin fetħu tajjeb hekk kif rebħu l-ewwel sessjoni 2-1. It-team malti baqa’ joffri sfida anke fit-tieni u t-tielet sessjoni, sessjonijiet li ntrebħu mill-ispanjoli bi skor identiku ta’ 4-3. Fl-aħħar sessjoni l-avversarji tagħna ħarġu għal kollox fuq l-offensiva biex rebħu s-sessjoni 6-1.
L-aħjar skorer għall-maltin kien Alec Fenech b’erba’ goals. Jayden Cutajar skorja żewġ goals, filwaqt li Sam Gialanze, Mark Castillo u Gianni Farrugia skurjaw goals kull wieħed.
It-team malti, immexxi mill-kowċ Anthony Farrugia, jerġa jkun fl-azzjoni għada t-Tnejn fis-13.00 kontra r-Repubblika Ċeka filwaqt li t-Tlieta jilgħab l-aħħar logħba tiegħu minn Grupp A kontra l-Olanda fl-16.20.
Wara jsiru l-logħbiet ta’ klassifikazzjoni.
Il-Kampjonat Ewropew qed isir il-Montenegro.