Tard ilbierah filghaxija t-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo beda bl-avventura tiegħu fil-Kampjonati Ewropej li qed isiru f’Barcellona b’telfa kbira ta’ 21 – 4 kontra Spanja. Din hija t-tieni darba fl-storja tat-tim nazzjonali Malti li qed jiehu sehem mal-aqwa sittax il-pajjiz fl-Ewropa.
Il-qawwa tat-tim Spanjol kienet evidenti sa minn qabel il-logħba bl-iSpanjoli jieħdu r-ridni mill-ewwel minuta. Huma rebħu s-sessjonijiet kollha 4 – 1, 5 – 0, 8 – 2 u 4 – 1. Il-gowls tal-maltin ġew skurjati minn Jerome Gabaretta, doppjetta ta’ Stevie Camilleri u Matthew Zammit.
It-tim Malti jerġa’ jkun fl-azzjoni għada kontra l-Montenegro fil-5pm u l-Ġimgha kontra Franza fil-6.30pm.