It-team nazzjonali malti tal-waterpolo U19 kiseb l-ewwel rebħa tiegħu fil-kampjonat tal-Ewropa li qed isir il-Bulgarija hekk kif għeleb lis-Slovenja bl-iskor ta’ 16-8.
Il-maltin rebħu l-ewwel sessjoni 6-2, is-sloveni rebħu t-tieni sessjoni 4-2 filwaqt li ż-żgħażagħ maltin rebħu l-aħar żewġ sessjonijiet rispettivament 3-0 u 5-2.
Il-goals tal-maltin waslu minn Alec Fenech (5 goals), Luigi Dimech (4 goals), Luigi Mallia (2 goals) u goal kull wieħed minn Julian Chircop, Jake Cachia, Dean Bugeja, Max Zammit u Jayden Cutajar.
Il-logħba li jmissha Malta tkun għada fl-09:45 ta’ filgħodu kontra Franza għall-klassifikazzjoni finali bejn it-13 u l-14-il post.