It-team nazzjoanli malti tal-waterpolo tal-irġiel dalgħodu għeleb lill-Portugall 10-9 f’logħba mit-Tazza tad-Dinja-2 Diviżjoni.
B’din ir-rebħa l-maltin se jkunu qed jilgħabu għall-klassifikazzjoni għall-ħames post illum kontra s-Slovakkja fit-15:30.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-plejers maltin tilfu l-ewwel sessjoni 4-2. It-tieni sessjoni spiċċat fi draw ta’ 2-2 filwaqt fit-tielet sessjoni il-maltin ħarġu fuq l-offensiva u rebħu 5-2. L-aħħar sessjoni intemmet 1-1.
Ta’ nota l-fatt li l-goalkeeper malti Jake Tanti intagħżel bħala l-aħjar plejer tal-logħba.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/12/21125247/470468357_1354425375985084_7847669378603719440_n-1025x1536-1-683x1024.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/12/21125252/470937097_17950551659906227_7565546048012912760_n-1024x1024.jpg)