It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo ta’ taħt is-16-il sena għeleb lill-Eġittu bi skor ta’ 8-6 fil-logħba mill-play offs għall-klassifikazzjon tal-kampjonati tad-dinja li qed isiru l-Greċja.
It-team immexxi mill-kowċ Anthony Farrugia irreaġixxa mit-telfa tal-bieraħ kontra t-Turkija biex issa assigura ruhu minn post bejn id-9 u t-12-il pożizzjoni.
Malta rebħet l-ewwel sessjoni 2-1 filwaqt li l-avversarji rebħu t-tieni waħda 3-0. Il-maltin ħarġu aktar aggressivi wara l-intervall. Team malti li rebaħ it-tielet sessjoni 3-2, filwaqt li l-aħħar sessjoni rat lil Malta toħroġ rebbieħa 3-0.
Il-logħba li jmiss għal Malta se tkun għada kontra l-Istati Uniti, l-istess team li rbaħnilu fl-ewwel logħba minn dawn il-kampjonati.