Illejla tibda l-avventura tat-team nazzjonali malti tal-waterpolo hekk kif jibda l-impenji tiegħu fil-Kampjonat Ewropew il-Kroazja. Għal Malta din se tkun il-ħames parteċipazzjoni fil-Kampjonat tal-Ewropa.
It-team Malti mmexxi mill-kowċ Milan Cirovic illejla fis-19:00 jilgħab l-ewwel logħba tiegħu minn Grupp C kontra l-Ġermanja.
It-team malti hu kompost mill-plejers:
Jake Tanti (San Ġiljan), Benjamin Busuttil (Valletta), Liam Galea (Sliema), Jeremy Abela (San Ġiljan), Darren Zammit (San Ġiljan), Mark Castillo (Neptunes), Jake Cachia (Sirens), Matthias Azzopardi (Sirens), Gianni Farrugia (Sirens), Jayden Cutajar (Sliema), Nikolai Zammit (San Ġiljan), Nicholas Bugelli (San Ġiljan), Jake Muscat (Neptunes), Sam Gialanze (Neptunes), Jake Bonavia (San Ġiljan)
It-tieni logħba tal-maltin tkun nhar il-Ħadd fil-17:00 kontra Iżrael filwaqt li l-aħħar logħba mill-fażi tal-gruppi tkun it-Tlieta kontra s-Serbja fis-19:00.