It-tim nazzjonali malti tal-waterpolo temm l-impenji tieghu fil-kwalifikazzjoni ghall-kampjonati ewropej b’telfa kontra r-Rumanija bl-iskor ta’ 18 għal 4.
B’dan ir-rizultat ir-Rumanija rebhu l-grupp filwaqt li Malta spiccat fit-tieni post, li xorta kien bizzejjed ghall-kwalifikazzjoni.
Ir-rumeni kienu f’vena mill-aqwa u rebhu s-sessjonijiet kollha. Kien fit-tielet sessjoni li l-maltin offrew rezistenza.
L-ewwel sessjoni intrebhet mir-Rumanija 5-1, bl-uniku goal ghal Malta wasal minn Jeremy Abela.
Ir-Rumanija rebhu t-tieni sessjoni 2-0.
Il-maltin fethu tajjeb it-tielet sessjoni b’goals ta’ Dino Zammit u Liam Galea. Izda r-rumeni irrispondew bi tlett goals ohra biex ghalquwha 3-2.
Bla storja l-ahhar sessjoni li intrebhet mill-avversarji 8-1. L-uniku goal malti wasal minn Liam Galea.
L-appuntament ghat-team malti issa se jkun fil-kampjonati ewropej tal-waterpolo li se jintlaghbu fi Split, il-Kroazja, f’Awwissu li ġej.