L-ebda sorpriżi fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat tas-sajf tal-waterpolo hekk kif it-timijiet il-kbar kisbu rebħiet komdi fil-fażi preliminari ta’ dan il-kampjonat.
Fit-tliet logħbiet li ntlagħbu t-Tlieta, l-aktar li spikkat kienet il-logħba bejn Birżebbuġa Freeport u Valletta Utd li ntemmet f’rebħa għal ta’ l-ewwel bi skor ta’ 7-6. Birżebbuġa rebħu l-ewwel żewġ sessjonijiet rispettivament 1-0 u 2-1. Valletta rebħu t-tielet sessjoni 3-2 filwaqt li l-aħħar waħda spiccat fi draw ta’ 2-2.
San Ġiljan JP Projects kisbu rebħa kbira ta’ 21 għal 6 kontra Marsaxlokk Browns. Il-ġiljaniżi rebħu s-sessjonijiet bi skors ta’ 7-2, 3-0, 7-1 u 4-3. Matthew Żammit kien l-aħjar skorer b’ħames goals.
Rebħa tajba wkoll għal Exiles li għelbu lil Barracudas 19 ghal 4. Huma rebħu s-sessjonijiet kollha rispettivament 4-0, 4-0, 6-2 u 5-2.
Meta l-erbgħa kompla l-loghob, it-timijiet il-kbar kisbu rebħiet komdi.
Sliema Frank Salt għelbu lil Marsaskala Fish & Fish 14-7.
Sliema li rebħu s-sessjonijiet kollha, rispettivament: 3-2, 4-2, 4-1 u 3-2, bl-aħjar skorer għalihom ikun Dino Żammit b’ħames goals.
Sirens Mecca Marine għelbu lil Otters Nivea 25-6, f’logħba bla storja. Sirens rebħu s-sessjonijiet: 5-0, 6-2, 7-2 u 7-2, b’Gianni Farrugia ikun l-aħjar skorer b’seba’ goals.
Fil-logħba l-oħra, rebħa ta’ 18-5 għal Neptunes Videoslots fuq Ta’ Xbiex Amigos. Neptunes rebħu l-ewwel tliet sessjonijiet: 5-0, 7-1 u 3-1 filwaqt li l-aħħar sessjoni spiċċat fi draw ta’ 3-3. Jake Muscat kien l-aħjar skorer b’sitt goals.
Il-Kampjonat ikompli ghada l-Ġimgħa bi tliet logħbiet:
Grupp A: Otters v Neptunes (6.15pm)
Grupp B: M’skala v M’xlokk (7.20pm), Exiles v Sliema (8.25pm)