Iżrael 16-17 Malta (wara l-ogħti tal-penalties)
(4-4) (3-1) (2-2) (3-5)
It-team nazzjonali malti tal-Waterpolo temm l-impenji tiegħu fil-Kampjonat tal-Ewropa fil-15 -il post hekk kif is-sibt filgħodu rebaħ il-play off għall-klassifikazzjoni għall-15/16 -il post kontra Iżrael 17-16 wara l-ogħti tal-penalties. Kienet logħba li l-maltin irnexxielhom isalvaw lejn l-aħħar, konfront li kellu jmur għall-penalties. Fil-penalties il-malti skorjaw ħamsa kontra l-erba’ penalties tal-avversarji.
L-ewwel sessjoni kienet waħda kumbattuta li ntemmet fi draw ta’ 4-4. Protagonist għat-team malti kien Jake Muscat Melito li skorja l-erba’ goals tagħna.
L-avversarji żiedu l-offensiva fit-tieni sessjoni, sessjoni li rebħu 3-1. Jayden Cutajar skorja l-uniku goal malti.
Bilanċ fit-tielet sessjoni li ntemmet fi draw ta’ 2-2. Iż-żewġ goals ta’ Malta waslu minn Jake Bonavia u Jake Muscat Melito.
Il-maltin tefgħu kollox fuq l-attakk fl-aħħar sessjoni bil-għan li jsalvaw ir-riżultat. U dan irnexxielhom jagħmluh. Il-goals tal-maltin waslu rispettivament minn Jake Muscat Melito, Jake Cachia, Jayden Cutajar, Liam Galea u Jake Bonavia. Bonavia li poġġa lil Malta fil-vantaġġ fl-aħħar tmien sekondi tal-logħba. Biss Iżrael irnexxielhom iġibu l-goal tad-draw fl-tliet sekondi tal-konfront. Logħba li ntemmet fi draw ta’ 12-12 u kollox kellu jiġi deċiż bil-penalties.
Jake Muscat Melito, Liam Galea u Jayden Cutajar skorjaw l-ewwel tliet penalties.
Jake Tanti salva ir-raba’ penalty ta’ Iżrael. Min-naħa tiegħu Nikolai Żammit ma falliex il-penalty tiegħu.
Sfortunatament Darren Żammit ra l-penalty tiegħu jiġi salvat mill-goalkeeper iżraeljan. Għal darb’oħra Tanti reġa kien protagonist meta reġa salva penalty ieħor. Min-naħa tiegħu Jake Muscat Melito ma falliex biex ta r-rebħa lil Malta.
Formazzjoni (Malta):
Jake Tanti (captain), Liam Galea, Gianni Farrugia, Jake Cachia, Mark Castillo, Jake Bonavia, Jake Muscat Melito, Jayden Cutajar, Jeremy Abela, Nikolai Zammit, Darren Zammit, Matthias Azzopardi, Benjamin Busuttil.