Jordan Camilleri ta’ Neptunes rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar tal-Water Polo għall-Kampjonat BOV Premier u Mark Carani ta’ Marsaskala rebaħ il-premju individwali tal-ewwel diviżjoni.
Camilleri jinsab f’forma tajba ħafna dan l-istaġun, hekk kif rebaħ dan l-unur għat-tieni xahar konsekuttiv. Il-captain ta’ Neptunes kien strumentali fir-rebħa ta’ Neptunes fuq Sliema bi skot ta’ 11-9 fir-rawnd preliminari tal-Kampjonat BOV tax-Xitwa biex ikkonsolida lil Neptunes fil-kampjonat Premier, fejn hu skorja darbtejn u wassal lit-tim tiegħu għar-rebħa. Camilleri skorja 12-il gowl fl-4 logħbiet ta’ Neptunes matul Marzu.
Mark Carani ta’ Marsaskala huwa pedina importanti ħafna fi ħdan it-tim ta’ Marsaskala biex jersqu lejn ir-rebħ tal-Kampjonat BOV Water Polo tal-Ewwel Diviżjoni. Il-plejer mill-akkademja ta’ Sliema skorja 10 gowls fl-4 logħbiet tat-tim tiegħu matul Marzu u bħalissa jinsabu fuq nett tal-klassifika.
Joseph Agius, Chief Officer fil-Bank of Valletta u Karl Izzo, President tal-Assoċjazzjoni tal-iSport Akwatiku ta’ Malta ppreżentaw it-trofej tal-BOV Waterpolo Plejers tax-Xahar lir-rebbieħa.
L-Unur tal-BOV Plejers tax-Xahar tal- Waterpolo Players of the Month jippremja l-eċċellenza jirrikonoxxi l-eċċellenza fl-isport f’konformità mal-impenn tal-Bank of Valletta lejn l-isport u ħajja b’saħħitha fil-komunità li jopera fiha.