Il-plejer internazzjonali malti Jeremy Abela huwa uffiċjalment plejer ta’ San Ġiljan. Dan tħabbar it-Tlieta filgħaxija hekk kif intlaħaq ftehim bejn il-klabbs ta’ San Ġiljan u Neptunes. Abela, li għandu 24 sena, kien ilu seba’ snin jilgħab ma’ Neptunes. Magħhom rebaħ erba’ darbiet il-kampjonat tas-sajf, flimkien ma’ bosta unuri oħra. Huwa kellu wkoll għadd ta’ esperjenzi ma’ klabbs barra l-pajjiż.
It-trasferiment ta’ Jeremy Abela minn Neptunes għal ma’ San Ġiljan ma’ kienx wieħed faċli, hekk kif it-team mill-Balluta kien ressaq protest. Dan wara li Abela kien niżel għal sessjoni ta’ taħriġ ma’ San Ġiljan qabel kien għad hemm ftehim bejn iż-żewġ klabbs.
Biss dan il-ftehim intlaħaq it-Tlieta u Abela iffirma kuntratt ta’ erba’ snin mal-ġiljaniżi.