It-team nazzjonali malti tal-Waterpolo ta’ taħt is-sittax -il sena beda l-impenji tiegħu Kampjonat tad-Dinja U16 b’telfa konytra l-qawwa ta’ Spanja bl-iskor ta’ 22-4. Il-Kampjonat qed isir f’Manisa t-Turkija u Malta qed tilgħab fi Grupp G.
Kif jixhed ir-riżultat kienet logħba diffiċli għat-team malti kontra wieħed mill-aktar timijiet b’saħħithom fit-turnament. Il-goals għat-team malti waslu minn dopjetta ta’ Chloe Amato u goal kull wieħed minn Kaylen Cutajar u Eyla Schembri.
Il-maltin jerġgħu ikunu fl-azzjoni llum fl-16:30 b’logħba kontra l-Ukrajna.
