Malta 9-6 Gran Brittanja
(4-3), (2-1), (2-0), (1-2)
It-team nazzjonali malti tal-Irġiel ta’ taħt id-dsatax -il sena ikkwalifika ghall-fażi finali tal-kampjonati ewropej li se jsiru f’Podgorica l-Montenegro bejn it-18 u l-25 ta’ Settembru li ġej.
Dan hekk fit-tieni logħba tiegħu minn Grupp D ta’ kwalifikazzjoni għeleb lil Gran Brittanja bl-iskor ta’ 9-6. B’din il-kwalifikazzjoni l-maltin, immexxija mill-coach Anthony Farrugia, issa se jkunu qed jilgħabu mal-aqwa 16-il team fl-Ewropa.
Wara bidu tajjeb mill-brittanniċi, l-maltin irkupraw tajjeb. Rebħu l-ewwel sessjoni 4-3 u wara għaddew biex rebħu it-tieni u t-tielet sessjoni rispettivament 2-1 u 2-0. Il-maltin urew daqxejn ta’ kunfidenza żejda fl-aħħar parti tal-logħba u hawn approfittaw l-avversarji bli min-naħa tagħom rebħu l-aħħar sessjoni 2-1.
It-team malti jilgħab l-aħħar logħba tiegħu minn dan il-grupp ta’ kwalifikazzjoni s-sibt fil-11.30 ta’ filgħodu meta jiffaċja lill-Olanda, bir-rebbieħ ta’ dan il-konfront jirbaħ il-grupp.