It-tim nazzjonali malti tal-waterpolo tan-nisa beda l-impenji tiegħu fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew 2024 b’telfa kontra l-Bulgarija bl-iskor ta’ 11-7.
Ilp-maltin kienu bdew tajjeb tant li sa tmiem it-tieni sessjoni kienu minn fuq 2-3. Iżda l-avversarji tagħna irreġixxew fl-aħħar żewġ sessjonijiet biex dawru r-riżultat favur tagħhom.
Il-goals tal-maltin waslu minn Martha Perici Ferrante (2) u goal kull wiħed għal Elaya Montfort, Kendra Navarro, Francesca Paolella, Kaia Agius u Denise Micallef.
It-team malti jerġa jkun fl-azzjoni għada s-sibt kontra s-Slovakkja fis-6 ta’ filgħaxija.