It-team nazzjonali malti tal-Waterpolo tan-Nisa tilef it-tieni logħba ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew meta safa’ megħlub mis-Slovakkja bl-iskor ta’ 10-16.
Minkejja t-telfa, l-plejers żgħażagħ maltin kellhom wirja ta’ karattru u rnexxielhom joffru sfida denja lill-aversarji.
L-ewwel sessjoni spiċċat fi draw ta’ 2-2. Fit-tieni sessjoni s-Slovakkja rebħu 5-1. Il-maltin irreagġixxew fit-tielet sessjoni, sessjoni li rebħu 5-4. L-aħħar sessjoni għalqet 5-2 favur is-slovakki.
Il-goals tal-maltin waslu minn hat-trick ta’ Martha Perici Ferrante, dopjetta ta’ Francesca Paolella u Kaia Agius flimkien ma’ goal kull wieħed mill-plejers Zaira Bartolo, Louise Cachia u Denise Micallef.
B’hekk it-team malti, mmexxi mill-kowċ Aurelien Cousin, temm l-impenji tiegħu f’din il-kwalifikazzjoni li saret Burgas, il-Bulgaria.
Fl-ewwel logħba tiegħu l-Ġimgħa filgħaxija l-maltin tilfu kontra l-istess Bulgarija 11-7.