Il-klabb tal-waterpolo ta’ San Ġiljan ħareġ stqarrija sabiex jagħti r-reazzjoni tiegħu dwar is-sospensjoni tal-plejer tagħhom Ben Plumpton.
Il-bieraħ Plumpton ra s-sopensjoni tiegħu tiżdied minn 4 għal 12-il logħba u mmultat €1270 wara li l-bord tad-dixxiplina tal-ASA ma laqax l-appell tal-klabb ta’ San Ġiljan.
Il-klabb ġiljaniż wera d-diżappunt tiegħu għad-deċiżjoni tal-bord tad-dixxiplina filwaqt li saħaq li d-deċiżjoni meħuda mill-istess bord tad-dixxiplina kisret il-proċeduri stabbiliti tal-ASA. Il-klabb ta’ San Ġiljan żied li wara d-deċiżjoni tal-bieraħ kull klabb se jibda jaħsibha darbtejn li fil-futur jappella mid-deċiżjoni tal-Bord tad-Dixxiplina tal-ASA.
Huma mhux qed jeskludu li saħansitra jieħdu passi legali.
Il-klabb ta’ San Ġiljan jikkundanna kull tip ta’ azzjoni vjolenti u li lesti jibqgħu jinfurzaw l-ogħla livell fost l-atleti tagħhom.