It-tim nazzjonali Malti tal-Waterpolo il-ġimgħa d-dieħla jibda l-avventura tiegħu fil-Kampjonat Ewropew li se jsir fi Split il-Kroazja u li se jsir bejn id-29 ta’ Awwissu l-10 ta’ Settembru.
Fl-ewwel fażi, t-team malti se jkun qed jilgħab kontra l-Kroazja, l-Greċja u Franza.
Il-kowċ nazzjonali Karl Izzo qal li huwa konxu mill-qawwa tal-avversarji tagħna, bil-mira se tkun li fl-aħħar fażi tal-kampjonat nirbħu kontra timijiet bħal Iżrael u Slovenja. Il-mira hi li ntejjbu il-15 -il pożizzjoni li ksibna fl-aħħar edizzjoni tal-istess kampjonat.
Ta’ sfortuna il-fatt li hemm xi plejers ewlenin nieqsa mill-iskwadra minħabba li mhux f’sikithom u għalhekk kellhom jirtiraw.
Apparti t-team nazzjonali tal-kbar fil-ġimgħat li ġejjien se jkun fl-azzjoni wkoll it-team ta’ taħt is-sittax -il sena immexxi minn Anthony Farrugia fil-Kampjonati Dinjija fil-Greċja.
Intant il-president tal-ASA Joe Caruana Curran ħabbar li beħsiebu jerġa’ jikkontesta għall-kariga ta’ president tal-ASA. Huwa biddel id-deċiżjoni li ma jikkonetstax wara li reġa’ tkellem mal-klabbs lokali tal-Waterpolo u li bosta minnhom ħeġġewh sabiex jerġa’ jikkontesta.