It-team nazzjonali malti tal-waterpolo tal-irġiel ta’ taħt id-dsatax -il sena jinsab Lodz, il-Polonja sabiex fi tmiem il-ġimgħa jieħu sehem fit-turnament ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew LEN U19.
Fil-grupp ta’ Malta se jkun hemm is-Slovakkja, il-Bulgarija u l-Polonja. Pajjiż wieħed mill-grupp se jikkwalifika għall-finali tal-Kampjonat tal-Ewropa peress li l-Bulgarija se jkunu qed jospitaw dawn il-finali.
It-team nazzjonali malti huwa taħt it-tmexxija tal-kowċ Niki Lanzon u l-assitent Michele Stellini. Milan Cirovic ukoll qed jakkumpanja t-team malti bħala direttur tekniku.
Charles Portelli huwa t-team manager filwaqt li Andrew Paris huwa l-kap tad-delegazzjoni maltija.
Dawn huma l-plejers li jiffurmaw parti mit-team malti:
Max Zammit, Alec Fenech (Captain), Luigi Mallia, Julian Valletta, Dean Bugeja, Enrico Mallia, Jayden Cutajar, Zak Cutajar Licari, Zack Dzanovic, Jake Cachia, Kieyan Borg, Julian Chircop, Jayden Cassar, Sven Livori u Elijah Schembri.
Il-parteċipazzjoni setgħet tkun possibli grazzi għal-assistenza ta’ SportMalta taħt l-International Participation Scheme.