Exiles huma ċ-champions tal-Kampjonat tax-Xitwa tal-1 Diviżjoni tal-Waterpolo lokali.
Exiles u Birżebbuġa marru għall-aħħar logħba tagħhom kontra xuxlin bl-istess ammont ta’ punti fl-ewwel post tal-klassifika biex b’hekk din l-aħħar logħba kienet deċiżiva għar-rebħ tal-kampjonat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kienu Exiles li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-4 biex rebħu t-titlu.
Fi tmiem il-logħba Exiles ġew ippreżentati bit-tazza mis-sur Ernest Agius, Chief Operations Officer tal-Bank of Valletta flimkien mal-president tal-ASA Karl Izzo.

