Birzebbuga huma ċ-Champions tal-Kampjonat BOV tal-Water Polo tal-Ewwel Diviżjoni.
Birzebbuga għelbu lil Marsaxlokk 9-6 fl-ewwel logħba tal-finali tal-playoff fuq tliet logħbiet u ssiġillaw it-titlu b’rebħa ta’ 13-8 fit-tieni logħba. It-tim minn Pretty Bay kien fi klassi għalih fl-Ewwel Diviżjoni tal-kampjonat BOV dan l-istaġun fejn rebħu il-partiti kollha tagħhom kemm fl-istaġun regolari u fil-playoffs biex temmew l-istaġun bir-rebħ tat-titlu.
Birżebbuġa rebħu s-sessjonijiet kollha rispettivament: 5-4, 2-1, 4-2, 2-1.
Joseph Agius, Chief Officer fi ħdan il-Bank of Valletta u Karl Izzo, President tal-Assoċjazzjoni tal-iSport Akkwatiku ta’ Malta ppreżentaw it-trofew tal-Kampjonat BOV tal-Water Polo tal- Ewwel Diviżjoni lil Birżebbuġa fost il-ferħ tat-tim u l-partitarji.
L-appoġġ tal-Bank of Valletta għall-inizjattivi sportivi jifforma parti mill-impenn tal-Bank li jkun ċittadin responsabbli tal-Komunità li fih jopera u jemmen bis-sħiħ fl-effetti pożittivi tal-isport fuq il-membri kollha ta’ din il-komunità.
Intant f’logħba oħra li kienet decider għall-Kampjonat U15, Neptunes għelbu lil Sliema bl-iskor ta’ 7-4.