San Ġiljan JP Projects rebħu l-Enemed Cup wara li fl-aħħar logħba tagħhom fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq, s-sibt filgħaxija, huma għelbu lil Sliema Frank Salt bl-iskor ta’ 11-8. Kienet logħba deċiżiva għar-rebħ tat-tazza bejn iż-żewġ timijiet li ddominaw il-kompetizjoni.
San Ġiljan bdew tajjeb ħafna meta rebħu l-ewwel sessjoni 4-0. Reazzjoni ta’ Sliema fit-tieni sessjoni hekk kif rebħu 3-1, għal skor totali ta’ 5-3 favur il-ġiljaniżi.
Kumbattuta t-tielet sessjoni li rat lil San Ġiljan joħorġu rebbieħa bi skor ta’ 4-3. L-aħħar sessjoni spiċċat fi draw ta’ 2-2, bit-tim ġiljaniż iserraħ moħħu mir-rebħa.
Il-goals ta’ San Ġiljan waslu minn: Jeremy Abela (3), Jake Bonanvia (2) u goal kull wieħed għal Nicholas Bugelli, Andreas Galea, Russel Caruana, Matthew Zammit, Nikolai Zammit u Ben Plumpton.
Għal Sliema skurjaw: Dino Żammit (5), Liam Galea (2) u Jerome Gabarretta (1).
Fi tmiem il-logħba, il-captain ta’ San Ġiljan Matthew Zammit irċieva t-tazza mill-President tal-ASA Karl Izzo flimkien maċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Enemed Kevin Chircop.
F’logħob ieħor mill-aħħar ġurnata tal-kompetizzjoni Enemed:
Birżebbuġa 12 – 8 Exiles, Valetta 12 – 11 Sirens, Marsaskala 8 – 5 Neptunes.