Il-Wasteserv ħabbret li ħarġet sejħa għall-offerti fuq xogħlijiet ta’ skavar ta’ blat bil-għan mħaffra landfill ġo sit li jinsab fil-kumpless tal-ECOHIVE.
Huwa stmat li għal dan il-proġett li se jkun skavat 530,000 metru kubu ta’ blat. Il-WasteServ qalet li l-kuntratt se jieħdu min jissottometti l-irħas offerta skont il-kriterji amministrattivi u tekniċi, kif inhuma mniżlin fis-sejħa. Il-WasteServ saħqet li x-xogħlijiet għandhom ikunu lesti f’perjodu ta’ disa’ xhur.
Is-sejħa tinkludi wkoll, rapport ġeoloġiku li jispjega t-tip ta’ blat preżenti fiż-żona li ser tiġi mħaffra, sabiex il-bidders jifhmu aħjar in-natura tax-xogħol li jrid isir.
L-offerti għandhom jintbagħtu sat-28 ta’ Lulju 2020, fid-09:30 ta’ filgħodu.
Intant il-WasteServ ħabret wkoll li fil-ġimgħat li ġejjin, WasteServ ser tkun qed toħroġ sejħa għall-offerti oħra, għal ħitan vertikali u liners speċjalizzati, sabiex niżguraw li l-engineered landfill tkun tal-ogħla standards ambjentali.
Filwaqt li ħalissa qegħdin jiġu implimentati numru ta’ proġetti li flimkien mar-riforma tal-Politika dwar il-Ġestjoni tal-Iskart, immexxija mill-Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, ser imexxu lil Malta lejn ekonomija ċirkulari.
Aktar dettalji fuq dan ix-xogħol, kif ukoll id-dokument tas-sejħa għall-offerti jistgħu jinsabu fuq is-sit: ecohive.com.mt