Fi stqarrija, WasteServ ċaħdet l-allegazzjonijiet li saru minn Hitachi Zosen Inova AG-Terna S.A. dwar l-għoti tal-kuntratt għall-faċilità tal-Waste-to-Energy.
WasteServ tenniet li l-proċess tal-akkwist sar b’mod trasparenti u mxiet mal-aħjar prattiċi fix-xiri pubbliku.
F’din l-istqarrija ntqal li din il-faċilità, la titlesta se tagħmel bidla qawwija fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna. Din il-faċilità se tgħin lil Malta titbiegħed mill-politika tal-miżbliet, b’din se tkun konformi mat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.
F’din l-istqarrija, WasterServ qalet li qabdet servizzi ta’ konsulenzi internazzjonali. Intqal li dan ikkonkluda li l-proċess ta’ akkwist sar b’mod effiċjenti u ekwu, u dan wassal għar-rakkomandazzjoni li l-proġett jingħata lil Paprec Energies International – BBL Malta.