Aktar minn sitt elef tunnellata ta’ skart tal-ikel inġabru f’dawn l-aħħar tliet snin minn tlieta u għoxrin lokalità li ħadu sehem fi proġett pilota li daħħal f’Malta l-borża organika.
II-proġett li permezz tiegħu jiġu sseparat l-iskart mill-fdalijiet tal-ikel kien deskritt bħala suċċess tant li sa Settembu li ġej se jinfirex mal-ibliet u l-irħula kollha f’Malta.
L-uffiċjal tal-Wasteserv responsabbli mill-proġett Clyde Falzon qal li n-nies li qed jieħdu sehem f’dan il-proġett għarfu l-benefiċċju li jisseparaw l-iskart mill-ikel li qabel kienu jarmuh ma’ skart ieħor fil-borża s-sewda.
“SKART ORGANIKU HUWA SKART LI GĦANDU X’JAQSAM MAL-IKEL. KEMM JEKK HUX IKEL NEJ, IKEL MSAJJAR, QXUR TA’ FROTT U ĦAXIX. DAK L-ISKART LI JIĠI ĠĠENERAT WAQT IL-PREPARAZZJONI TAL-IKLIET TAGĦNA.”
Is-Sur Falzon spjega li mindu l-borza tal-iskart organiku tasal fl-impjant, sakemm tinbidel f’enerġija elettrika tgħaddi minn proċess rigoruż ta’ madwar tlett ġimgħat. Qal li l-Wasteserv tpoġġi l-maġġoranza tal-enerġija prodotta fil-grid tal-elettriku tal-enemalta, b’persentaġġ zgħir imur biex jissaħħnu l-faċilitajiet tal-għawn tal-Inspire, tefgħa ta’ ġebla ’l bogħod mill-impjant.
“META L-ISKART JASAL FL-IMPJANT TA’ SANT’ ANTNIN, L-SKART JGĦADDI MINN PROĊESS MEKKANIKU FEJN L-SKART JIĠI ĊĊEKJAT. MINN HEMM JIZDIED L-ILMA MIEGĦU FEJN TIĠI FORMA TA’ SOPPA BIEX IMBGĦAD MINN DAN L-SKART NIPPRODUĊU GASS LI JIPRODUĊI ELETTRIKU U SĦANA.”
Is-Sur Falzon qal li dan il-proġett pilota kien ta’ għajnuna biex il-Wasteserv tagħraf il-bzonnijiet li għandhom irħula differenti biex ikun jista’ jara t-twettieq tiegħu fuq skala nazzjonali.
“DAN IL-PROĠETT PILOTA RRIZULTA F’GĦODDA BZONJUZA ĦAFNA BIEX BILMOD IL-MOD, LEJN SETTEMBRU LI ĠEJ JIĠI ESTIZ FUQ SKALA NAZZJONALI FEJN L-IRĦULA KOLLHA JKOLLHOM AĊĊESS GĦALL ĠBIR TA’ SKART ORGANIKU.”
Dan il-proġett għandu l-għan li jnaqqas l-iskart li bħalissa qed jispiċċa fl-engineered landfill.