Ix-xogħlijiet ta’ restawr fil-ġonna ta’ Villa Frere jinsabu fl-aħħar fażijiet tagħhom.
Il-binja nbniet f’Tal Pietà fil-bidu tas-seklu dsatax u kienet tintuża bħala r-residenza ta’ John Hookham Frere – diplomatiku, poeta, akkademiku u filantropu Ingliż.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali u l-Arti, Owen Bonnici żar ix-xogħlijiet li għaddejjin, fejn fost l-oħrajn, qed jinbena mill-ġdid il-ħajt li jifred lil Villa Frere minn proprjetà biswitha.
Il-Ministru esprima l-gratitudni lejn Heritage Malta u ‘Friends of Frere’ tal-isforzi biex tiġi preservata parti mill-wirt kulturali ta’ pajjiżna.