Washington DC semmiet it-triq fejn hemm l-Ambaxxata Russa wara politikant Russu tal-oppożizzjoni li kien maqtul.
Il-kunsill tal-belt ivvota biex tissemma mill-ġdid it-triq ‘il barra mill-kumpless tal-ambaxxata Russa, għal Boris Nemtsov li nqatel barra mill-Kremlin fl-2015. F’ dikjarazzjoni mill-Kunsill intqal li d-deċiżjoni unanima ttieħdet biex tonora l-“attivist demokratiku maqtul”.
Is-Sur Nemtsov, kritiku vuċifera tal-President Russu Vladimir Putin, ġie maqtul fi Frar tal-2015 waqt li kien miexi lejn id-dar minn restorant f’Moska.
L-aġenzija tal-aħbarijiet Interfax tar-Russja kkwotat il-mexxej tal-partit LDP nazzjonalista Vladimir Zhirinovsky, fejn qal li l-awtoritajiet tal-Istati Uniti “speċifikament jixtiequ jwettqu manuvri maħmuġin quddiem l-Ambaxxata Russa”. Politikant ieħor mill-Partit Komunista Dmitry Novikov, qal lill-aġenzija: “L-awtoritajiet tal-Istati Uniti ġew assorbiti fil-logħba tagħhom stess li jinterferixxu fl-affarijiet interni Russi.”