Fiċ-ċentru Laburista ta’ San Ġwann, il-Prim Ministru fetaħ id-diskors tiegħu billi tkellem dwar ir-rispett li pajjiżna igwadanja internazzjonlament, lil hinn minn xtutna, u kif dan il-Gvern qed jirnexxilu jasal fl-ogħla livelli.
Lokalment qed isir investiment qawwi, fosthom bir-riforma fil-qasam tal-enerġija, bil-miġja ta’ kontijiet orħos ta’ dawl u ilma u l-qalba mill-aktar żejt li jagħmel ħsara lis-saħħa u l-ambjent. Fil-qasam tas-saħħa, dan il-Gvern qed jinvesti fi sptar rinovat minflok Saint Lukes. Se jinbedna sptar totalment ġdid f’Għawdex, li permezz tiegħu se tkun attirata Università barranija. Dan ifisser kura b’xejn tal-aqwa kwalità lill-Għawdxin u kif ukoll titjib għar-rota eknomika Għawdxija.
L-istess nies dejjem qed joħorġu kontra dan it-tip ta’ progress, osserva l-Prim Ministru. B’kuntrast, “aħna n-nies li rridu l-bidliet il-ħin kollu” kompla jgħid, u għalhekk il-moviment tal-bidla u kontra l-establishment fil-pajjiż. Kontra dan il-moviment hemm min ma jridx il-qalba għall-gass, li jbeżżgħu bl-Amerikani, bir-Russi u biċ-Ċiniżi.
“Dan huwa l-establishment li aħna m’aħniex parti minnu u għalhekk kburin li aħna parti mill-bidla f’dan il-pajjiż”
Qal li wasal iż-żmien għal rivoluzzjoni oħra – dik fil-qasam tax-xogħol. Li kieku dan il-moviment huwa parti mill-establishment, jikkuntenta bil-fatt li l-qgħad naqas tant li laħaq livelli rekord. Anqas minn 3,000 persuna jridu jkunu jirreġsitraw sal-aħħar ta’ din il-leġiżlatura.
Illum-il ġurnata f’pajjiżna m’hemmx għalfejn ngħollu l-età tal-pensjoni. Jibqa’ però l-fatt li m’hemmx sistema ta’ ħsieb li tgħin lin-nies jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol. Il-liġi l-ewwel li tassumi huwa li ħaddiem raġel, u sa ftit ilu kienet aktar faċli u rħisa li bniedem iħaddem mara. Il-bidla li rridu nagħmlu hija li l-ħaddiem nibdew inqisuh mara wkoll, bħala regola. “Naħsbu l-ewwel fil-mara, fid-drittijiet tan-nisa”. Meta jibda jiġri dan, tgawdi s-soċjetà Maltija kollha. L-ewwel ma trid tiġri hija riforma fil-ħsieb.
Wara, trid issir bidla fil-liġi tax-xogħol, biex anke fil-ħsieb tagħha, tkun iktar miftuħa. Illum hawn l-idea li hemm liġijiet li jgħoddu għall-Maltin, u liġijiet li jgħoddu għall-barranin. Ħafna ħaddiema Maltin jemmnu li l-ħaddiema barranin qed itellfulhom il-ħobża tagħhom u jimminawlhom id-drittijiet. Il-Prim Ministru qal li hemm bżonn tidħol assisgurazzjoni li timjega lil min timpjega, id-drittijiet u l-ispejjeż huma kollha l-istess. Huma min huma u ġejjin minn fejn ġejjin. Il-Prim Ministru qal li jaspira lejn suq tax-xogħol kożmopolitu, u l-barranin huma neċessarji għat-tkabbir ekonomiku Malti. “Irridu nikkumbattu r-razziżmu li hawn” sostna l-Prim Minsitru, u qal li llum min hu Malti u jrid jaħdem, jista’ jsib impjieg.
L-affarijiet, però, iridu jsiru b’mod legali. Il-Pulizija dan l-aħħar wettqet eżerċizzju li permezz tiegħu ħadet azzjoni kontra min kien pajjiżna illegalment. Dawn, qal il-Prim Ministru, iridu jmorru lura. “M’għandiex għalfejn niddejqu nagħmlu dan kollu, inkella xi kredibiltà se jkollna nistaqsu lil pajjiżi oħra jgħinuna?” Għalkemm qal ukoll li min ġej minn pajjiż li mhux sigur, pajjiżna għandu dover jipproteġih.