Wasal il-jum li matulu mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat, se tkun qed tagħmel l-għawma annwali tagħha bl-isem ta’ Rock to Rock. Dan hekk kif se tkun qed tgħum mill-Qawra sal-bajja tal-Għadira.
Din hi r-raba’ edizzjoni li s-Sinjura Michelle Muscat se tkun qed tgħum 12-il kilometru bħala l-għawma annwali tagħha b’risq l-Ispecial Olympics.
Il-preparamenti għal din l-għawma ilhom għaddejjin sena sħiħa, b’determinazzjoni u impenn sabiex mill-attività jibbenefikaw mal-50 atleta tal-Ispecial Olympics li f’Marzu li ġej se jikkompetu f’isem pajjiżna f’Abu Dhabi.
Minbarra li Rock to Rock tissimbolizza l-blat li se tgħum madwarhom is-Sinjura Muscat, timmarka wkoll ir-Rock Concert li se jsir fuq il-bajja tal-Għadira ma’ tmiem l-għawma.
Kull min hu interessat li jagħti d-donazzjoni tiegħu jista’ billi jċempel fuq dawn in-numri:
€15 – 51702052
€25 – 51802053
jew permezz ta’ messaġġ bil-mowbajl għal donazzjoni ta’;
€11.65 – 50619238