Il-proġett tal-Pjazza tal-Parroċċa fil-Mellieħa wasal fl-aħħar stadji tiegħu.
Dan ħabbru il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook fejn qal li dan huwa l-ikbar investiment li qatt sar fil-qalba tal-Mellieħa.
Il-Ministru Bartolo għamel diversi punti punti importanti li n-nies għandhom jimxu magħhom fejn fost l-oħrajn l-encroachments tal-imwejjed u s-siġġijiet ser jiġu mmarkati bi pjanċi żgħar tal-istainless steel mal-art sabiex tinżamm l-ordni fil-pjazza u saret konsultazzjoni estensiva mal-għaqdiet kollha involuti fil-festa u ngħaddew is-servizzi kollha minn taħt il-pavimentar.
Il-Ministru Clayton Bartolo appella lill-pubbliku għall-maturità sabiex id-deċiżjonijiet li jittieħdu jkunu mmirati li dan l-ispazju miftuħ ikun jista’ jitgawda minn kulħadd, b’mod speċjali l-Melliħin.
Huwa temm jgħid li qed iħares ‘il quddiem biex ftit tal-ġimgħat oħra din il-pjazza tiġi inawgurata b’mod uffiċċjali.